Aqbeż għall-kontentut

Għajnuna:Kif tirreġistra

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn Addbot (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 14:11, 4 April 2013. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
(diff) ←Reviżjoni eqdem | Ara l-verżjoni attwali (diff) | Reviżjoni iġded→ (diff)
Din hi lista ta' paġni ta' għajnuna
Indiċi

Kontenut
Kif tirreġistra
Kif timmodifika artiklu
Kif tibda artiklu
Skop u użu tal-kategoriji
Ġergo tal-Wikipedija
Żbalji komuni fl-użu tal-Wikipedija
Gwida essenzjali
Wikiketta
Konvenzjonijiet

Ħoloq

Politika u linji gwida
Mistoqsijiet rikorrenti
Paġna tal-provi
Il-Pjazza
Kunsens
Sondaġġi

Biex timmodifika u tara l-paġni tal-Wikipedija, mhuwiex neċessarju li taċċessa l-kont tiegħek. Madanakollu, il-ħolqien ta' kont iġib miegħu diversi karatteristiċi u hu ġeneralment rakkomandat. Jekk ma tixtieqx li l-indirizz IP tiegħek ikun magħruf, allura idħol fil-kont tiegħek. Huwa faċli u sempliċi sabiex toħloq kont personali.

Dħul fil-kont

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-ħolqien ta' kont ifisser li inti tissupplixxi isem tal-utent (ismek vera jew laqam) u password. Is-sistema tirrifjuta kwalunkwe isem li diġà ittieħed. Kont jinħoloq biss darba. Wara li tagħmel dan, tkun illogjajt fis-sistema. F'okkażjoni oħra fejn tkun se tagħmel il-login, ipprovdi l-isem tal-utent tiegħek u l-password biex turi li int l-istess persuna.

Il-modifiki li tagħmel huma rrekordjati taħt l-isem tal-utent tiegħek. Jekk ma tkunx dħalt fil-kont tiegħek, il-modifiki li tkun għamilt jiġu elenkati fil-kronoloġija tal-paġna taħt l-indirizz IP tiegħek. Kontijiet tal-utenti li inħolqu riċentament se jiġu "mwaħħda" (jiġifieri, aċċessibbli mill-proġetti kollha tal-Wikimedia). Kont antik, u li għadu mhuwiex imwaħħad, jista' jitwaħħad fuq Speċjali:WaħħadKont; utenti mwaħħda jistgħu jużaw din il-paġna biex jiċċekkjaw l-istat tal-kont imwaħħad tagħhom. Bħalissa, il-preferenzi huma definiti indipendentament fuq kull wiki. Għal aktar dettalji, żur m:Single login.

Għala għandi nidħol fil-kont tiegħi?

[immodifika | immodifika s-sors]

M'hemmx għalfejn li tilloggja sabiex taqra wiki ta' MediaWiki. M'hemmx għalfejn lanqas li tidħol fil-kont tiegħek biex timmodifika wiki ta' MediaWiki – kulħadd jista' jimmodifika kważi kull paġni, anke mingħajr ma tkun għamilt il-login.

Madanakollu, hi xorta idea tajba li tilloggja, minħabba dawn ir-raġunijiet:

  • Utenti oħrajn jistgħu jagħrfuk mill-isem tal-utent tiegħek meta tagħmel bidliet fuq il-paġni. Bħala "isem", indirizz IP huwa xi ftit goff. Barra minn hekk, jekk tuża' kompjuter f'postijiet differenti (id-dar, l-uffiċċju, internet cafe, etċ.) int għandek indirizz IP f'kull każ; anke fl-istess post, skont il-konnessjoni tal-internet, indirizz IP jistsa' jkun differenti kull darba. B'hekk, isem tal-utent hu aħjar sabiex iżżomm identità għalik.
  • Int ikollok il-paġna tal-utent tiegħek fejn tista' tikteb xi ħaġa dwarek, u paġna ta' diskussjoni fejn hemmhekk tista' tikkomunika ma' utenti oħra.
  • Tista' wkoll tagħmel sottopaġna, bħala żieda mal-paġna tal-utent tiegħek.
  • Tista' timmarka modifika bħala waħda minuri, li tevita inkonvenjenza għal utenti oħra.
  • Tista' żżomm traċċa tat-tibdil fuq paġni li int interessat fihom, bl-użu tal-lista ta' osservazzjoni.
  • Jekk tagħżel li tagħti indrizz elettroniku, utenti oħra jistgħu jikkuntatjawk permezz tal-posta elettronika. Dan l-aspett huwa wieħed anonimu – l-utent li jibgħatlek xi messaġġ ma jkunx jaf l-indirizz elettroniku tiegħek. M'hemmx għalfejn tipprovdi l-indirizz-e jekk ma tridx.
    • Iċċekkja l-politika dwar il-privatezza tas-sit individwali li tkun qiegħed iżżur, jekk teżisti (per eżempju, il-politika ta' privatezza tal-Wikipedija Maltija)
  • Tista' tbiddel l-isem tal-paġni
  • Tista' tirranġa l-preferenzi tiegħek, bħal:
    • In-numru ta' paġni li jidhru fit-Tibdil riċenti
    • It-tipa, il-kuluri u d-dehra tas-sit, bl-użu ta' numru ta' aspetti grafiċi (skins).

Kif toħloq kont

[immodifika | immodifika s-sors]

Biex toħloq kont, agħfas il-ħolqa Idħol/Oħloq kont li tidher fuq in-naħa ta' fuq, fir-rokna tal-lemin ta' kull paġna, u wara agħfas Oħloq wieħed. Trid tipprovdi isem tal-utent u password, kif ukoll tikteb it-test li hemm fil-"captcha". Is-sistema tista' ma tħallix li jinħoloq kont jekk dan ikun jikkonsisti minn ċerti simboli (partikularment is-simbolu '@', kif ukoll ċerti karattri non-Latini) jew kliem, jew jekk hu simili għal dak ta' utent li diġà jeżisti.

Kif tidħol fil-kont

[immodifika | immodifika s-sors]

Qabel xejn, iċċekkja li l-browżer tijek jaċċetta l-cookies. Xi browżers jaċċettaw jew jirrifjutaw il-cookies minn siti indipendenti; l-utenti ta' dawn iridu jirranġaw il-browżer sabiex jaċċetta l-cookies minn kull wiki li int se taħdem fuq, bħal wikipedia.org.

Agħfas il-ħolqa Idħol fin-naħa ta' fuq tal-paġna. Hemmhekk, daħħal l-isem tal-utent tiegħek u l-password. Jekk għadek qatt ma dħalt qabel, trid qabel xejn tagħfas il-ħolqa li tintgħatalek biex toħloq kont.

Jekk tagħfas fuq il-kaxxa Ftakar il-password tiegħi minn sessjoni għal oħra., m'hemmx bżonn li tagħti l-password tiegħek darb'oħra meta taċċessa wiki tal-MediaWiki mill-istess kompjuter. Din il-karatteristika taħdem biss jekk il-password tiegħek ma ġietx ġenerata mis-softwer tal-MediaWiki. Għandek tkun taf li l-cookies li jżommu l-isem tal-utent u l-password jiskadu awtomatikament wara 30 ġurnata (sakemm ma tillogjax 'il barra manwalment).

Li tidħol fil-kont u tirranġa l-preferenzi huma funzjonijiet indipendenti għal kull wiki.

Problemi fl-aċċess tal-kont

[immodifika | immodifika s-sors]

Jekk issib problema biex taċċessa l-kont tiegħek u tefettwa l-login, jista' jkun li għandek waħda mill-problemi indirizzati fil-paragrafi segwenti. Jekk le, saqsi għall-għajnuna fil-Pjazza.

Il-ħolqa tal-login hi oskurata
Jekk ma tistax tagħfas il-ħolqa tal-login, per eżempju, minħabba li hi oskurata minn xi kliem, uża din il-ħolqa diretta lejn il-paġna tal-login. Ikun aktar opportun li kieku żżid din il-paġna mal-favourites/bookmarks tal-browżer tiegħek. (Din il-problema tista' tiġri f'ċerti browżers meta tuża' tipa kbira)
L-isem tal-utent tiegħi u l-password qed jiġu rifjuatati
Kemm l-isem tal-utent kif ukoll il-password fuq il-Wikipedija huma sensittivi għall-ktiba tal-karattri. Ftakart kif tiktibhom bil-kapitalizzazzjoni t-tajba? Jiġifieri, jekk irreġistrat bl-isem IsemUtent, ma tistax tidħol jekk ktibt l-isem bħala Isemutent (innota kif inkitbu t-tnejn li huma). L-istess japplika għall-password. L-unika eċċezzjoni hi fl-ewwel karattru tal-isem tal-utent, minħabba li awtomatikament dik tkun kapitali.
Irreġistrajt fuq din il-wiki partikulari?
Jekk irreġistrajt taħt lingwa oħra tal-Wikipedija (bħal en.wikipedia.org) jew proġett ieħor (bħal en.wikibooks.org), inti trid terġa' toħloq isem tal-utent għal dik il-verżjoni tal-Wikipedija jew tal-proġett speċifiku sakemm ma tkunx waħħadt il-kontijiet flimkien permezz tal-login imwaħħad.
Qed noħroġ barra mill-kont kull darba li nagħmel il-login
Hemm xi kawżi partikulari għal din il-problema:
  • Jekk tidher li dħalt fil-kont, imma eżattament wara li tipprova tmur f'paġna wara 'Dħalt b'suċċess', tidher li inti barra mill-kont personali, huwa possibbli li hemm problema fil-cookies. Żur din il-gwida qasira fuq kif tattiva l-cookies għall-browżer tiegħek.
  • Kun żgur li d-data u l-ħin tal-kompjuter tiegħek huma tajjeb; jekk m'humiex, il-cookies jistgħu jiskadu qabel iż-żmien. Kun af li xi softwers tal-firewall u tal-filtru tal-reklami jistgħu jinterferixxu mal-cookie li l-Wikipedija tuża' biex iżżomm persuna fil-kont tagħha.
  • Xi ISPs jużaw proxies trasparenti li joħolqu problemi fl-aċċess tal-kont. Prova uża s-server sigur (iktar bil-mod) biex taqbeż il-proxy. Dan jiġri ħafna drabi ma' xi ISPs satelliti.
  • Xi drabi, utent jista' jsib ruħu "awtomatikament" barra mill-kont tiegħu bejn il-bidu ta' modifiku u l-issejvjar tagħha, jew meta taqleb bejn numru ta' paġni wiki miftuħa f'ħafna twieqi jew tab. Dan jista' jkun riżultat tal-impostazzjonijiet tal-browżer tiegħek fuq il-cookie, il-cache, jew il-firewall, imma xi drabi, speċjalment waqt tagħbija kbira fuq is-server, is-sistema tista' taqa' u l-informazzjoni tal-login tiegħek tintilef, b'riżultat li int toħroġ barra mill-kont tiegħek.
Kawżi oħra
Jekk int żgur li l-informazzjoni tal-login tiegħek hija korretta, allura xi ħadd ieħor seta' ħa l-kont tiegħek. F'dak il-każ, il-kont tiegħek jista' ma jiġix irkuprat sakemm ma turix li l-kont hiwa tiegħek. F'każijiet remoti, il-kont tiegħek seta' ġie msemmi isem ieħor jew użurpat, speċjalment jekk għandu minn fuqu saru ftit jew l-ebda modifika. Tista' tiċċekkja jekk l-isem tal-utent tiegħek ġiex imsemmi mill-ġdid billi tiċċekkja r-reġistru tal-kontijiet imsemmija mill-ġdid u fittex għall-isem tal-utent tiegħek bil-frażi "Utent:" fil-kaxxa tat-"Titlu:".
Qed nirċievi messaġġ li l-indirizz IP tiegħi ġiet awtomatikament imblukkat
Segwi l-istruzzjonijiet li jingħatawlek fuq kif tista' tagħmel rikjesta biex tiżblokka ruħek.

Kif tirranġa l-preferenzi

[immodifika | immodifika s-sors]

Agħfas fuq Il-preferenzi tiegħi fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna għal numru ta' opzjonijiet, li jinkludu biex:

  • Tbiddel il-password.
  • Biex tbiddel l-aspett grafiku (skin), li tbiddel il-mod kif is-sit jidher.

Ara Għajnuna:Preferenzi.

Il-paġna tal-utent u l-paġna ta' diskussjoni personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Bħala utenti li tkun effetwajt il-login, inti tista' toħloq paġna tal-utent tiegħek u paġna ta' diskussjoni tiegħek. Meta tkun fil-kont tiegħek, inti tara ismek fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna. Meta tagħfas fuqu dan jieħdok lejn il-paġna tal-utent tiegħek, li inti liberament tista' timmodifika bl-istess mod bħal paġna wiki oħra.

Ħafna utenti jagħtu deskrizzjoni tagħhom infushom u l-interesi tagħhom fi ħdan il-paġna tal-utent personali.

Għandek ukoll il-Paġna ta' diskussjoni. Tista' żżurha billi tagħfas fuq il-ħolqa Id-diskussjonijiet tiegħi biswit l-isem tal-utent tiegħek fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna. Nies oħra jistgħu jiktbulek fil-paġna ta' diskussjoni tegħek, u inti tista' tirrispondi. Ara Għajnuna:Paġna ta' diskussjoni għal aktar dettalji.

Kif toħroġ barra mill-kont

[immodifika | immodifika s-sors]

Tista' toħroġ barra mill-kont tiegħek billi tagħfas Oħroġ preżenti fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna. Biex tipprevjeni li l-browżer jiftakar l-isem tal-utent u li jissuġġerieh għall-utent suċċessiv fuq l-istess kompjuter, ftakar li tħassar il-cookies tal-Wikipedija fl-impostazzjonijiet tal-privatezza tal-browżer. Dan japplika speċjalment jekk qiegħed tuża' kompjuter pubbliku, fejn tkun tixtieq tħassar il-kronoloġija riċenti tal-browżer (Ctrl+Shift+Del fuq il-Firefox).

Kif iżżomm il-kont tiegħek sigur

[immodifika | immodifika s-sors]

L-utenti, speċjalment amministraturi, għandhom iżommu l-kontijiet tagħhom siguri. Jekk xi ħadd jaċċessa l-kont tiegħek u joħloq ħsara malizzjuża, ir-reputazzjoni tiegħek tista' tittappan! Hawn taħt hawn xi pariri fuq kif tista' iżżomm il-kont sigur:

  1. Qatt tagħti l-password tiegħek lil ħadd, lanqas lil utenti li jinsistu li huma amministraturi jew staff!
  2. Daħħal biss il-password tiegħek fuq sit tal-Wikimedia. Tafdax siti foloz. L-indirizz għandu jispiċċa b'wikipedia.org jew wikimedia.org.
  3. Żomm il-kompjuter tiegħek aġġornat bl-aħħar softwer tal-anti-virus u tal-anti-spyware.
  4. Il-password tiegħek trid tkun waħda li faċli tiftakarha, imma diffiċli biex taqtaha.
  5. Jekk tiddeċiedi li tidħol minn kompjuter pubbliku, ftakar biex toħroġ meta tlesti.
  6. Kun attent meta tirranja scripts għall-utenti. Uħud minnhom jistgħu jkunu programmati li jisirqu cookies u b'hekk jinsterqu l-kontijiet.