Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2021
Rebbiegħa CEE 2021 ta' Wikimedia hija inizjattiva ta' Wikipedisti mill-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant bl-għan li jinħloqu paġni dwar nies, suġġetti jew oġġetti minn din il-parti tad-dinja. Malta qed tieħu sehem għat-tieni darba din is-sena permezz tal-għaqda volontarja Wikimedia Community Malta, li hija affiljata mal-Wikimedia Foundation. Dan jorbot mal-ħidma sistematika mibdija fl-2020 minn din l-għaqda biex jinħolqu paġni bil-Malti fuq il-Wikipedija dwar nies, suġġetti u oġġetti li m'għandhomx x'jaqsmu direttament ma' Malta. Dan qed isir f'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv, il-Kummissjoni Ewropea, u l-Valletta Design Cluster fi ħdan il-VCA.
Matul ix-xahar t'April qed norganizzaw ukoll numru ta' workshops u edit-a-toni regolari fuq Google Meet kull nhar ta' Ħamis bejn is-6pm u t-8pm. Id-dettalji hawn.
Sfond
[immodifika s-sors]F'dawn l-aħħar 100 sena, l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant għaddew minn għadd ta' rebbigħat mhux daqstant sbieħ li ħolqu ħafna diżgwid, kunflitti u diżappunti. Fost dawn nistgħu nsemmu ir-Rebbiegħa ta' Praga fl-1968, il-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh tal-1988, l-eskalazzjoni tal-kunflitt Transnistrijan fl-1992, jew il-gwerra li faqqgħet fl-Ukrajna fl-2014.
Għaldaqstant, ir-Rebbiegħa CEE ta' Wikimedia għandha l-għan li tappoġġja u tippromovi gruppi lokali fil-ħolqien ta' paġni fil-Wikipedija u proġetti oħra ta' Wikimedia biex jiżdied l-għarfien reċiproku ta' xulxin u jitkattar l-għerf ħieles f'dawn ir-reġjuni.
Lista ta' artikli mill-pajjiżi u reġjuni
[immodifika s-sors]Il-lista ta' paġni mill-pajjiżi u r-reġjuni isservi ta' punt tat-tluq u orjentazzjoni għal ħolqien u titjib tal-paġni - anke jekk il-paġni kollha dwar pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (inkluż il-Kawkasja) jgħoddu fil-konkors. Il-biċċa l-kbira tal-paġni jinstabu fil-Wikipedia bl-Ingliż u spiss huwa faċli ferm li jiġu tradotti minn hemm.
Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.
Għajnuna
[immodifika s-sors]- Gwida essenzjali: Tgħallem kif tikteb paġni u ttejjeb il-Wikipedija
- Paġna Meta: meta: Wikimedia CEE Spring 2021
Konkors
[immodifika s-sors]L-Għan
[immodifika s-sors]L-għan ta' dan il-konkors huwa li jinħolqu u jittejbu paġni dwar pajjiżi mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Għalkemm kull kontribut relevanti jiġi ġġudikat bħala parti mill-konkors, peress li hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam fuq il-Wikipedija bil-Malti, xogħol fuq paġni fil-lista tal-100 proposti jingħata punteġġ akbar, kif spjegat aktar l-isfel.
Żmien
[immodifika s-sors]Il-konkors jibda f'nofsillejl tal-21 ta' Marzu u jkompli sa nofsillejl tal-20 ta' Ġunju.
Iż-żmien ġie estiż minn dak oriġinarjament imħabbar biex ikopri l-istaġun kollu tar-rebbiegħa.
Regolamenti
[immodifika s-sors]1. Kulħadd jista' jieħu sehem fil-konkors, ħlief għall-organizzaturi lokali u internazzjonali. L-organizzaturi jistgħu jipparteċipaw bla ma jikkompetu.
2. Biex tikkompeti trid tirreġistra formalment. Biex tirreġistra għall-konkors ikteb ismek hawn taħt kif indikat fit-taqsima tal-Parteċipanti.
3. Uża l-Mudell -- huwa essenzjali li tuża l-Mudell {{CEE Spring 2021 | utent = ismek | pajjiż = Malta }} fuq il-paġna tad-diskussjoni ta' kull pagna li taħdem fuqha biex il-kontribuzzjoni tiegħek tkun tgħodd fil-konkors. Dan huwa l-unika mod biex l-organizzaturi jkunu jafu li qed tieħu sehem fil-konkors. Ara/uża ukoll il-mudelli ta' lingwi oħra jekk tagħżel li tikteb bihom apparti l-Malti.
Punteġġi
[immodifika s-sors]- Għal kull artikolu li toħloq tieħu żewġ punti
- Għal kull artikolu li toħloq mil-lista uffiċjali tieħu tliet punti oħra (ħames punti b'kollox)
- Għal kull artikolu li ttejjeb tieħu punt
- Għal kull artikolu li ttejjeb mil-lista uffiċjali tiegħu erba' punti oħra (ħames punti b'kollox)
Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.
Kull mistoqsija għandha titpoġġa fuq il-paġna tad-diskussjoni.
Premjijiet
[immodifika s-sors]Il-premijiet huma pprovduti minn Wikimedia Community Malta permezz ta' għotja mill-Wikimedia Foundation:
- L-ewwel post: €100 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew pubblikaturi Maltin*
- It-tieni post: €60 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew pubblikaturi Maltin*
- It-tielet post: €40 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew pubblikaturi Maltin*
Parteċipanti
[immodifika s-sors]Daħħal ismek fit-tabella t'hawn taħt. Daħħal l-isem tal-paġna jew paġni li tkun ħdimt fit-tieni kolonna. Fit-tielet kolonna tista ddaħħal paġni li għadek qed taħdem fuqhom. Tista' ddaħħal ukoll il-punti għax-xogħol li tkun għamilt fl-aħħar kolonna; dawn jiġu vverifikati mill-organizzaturi fi tmiem il-konkors u rranġati jekk ikun hemm bżonn.
Jekk issib xi diffikulta bit-tabella ikkuntattja lil Toni Sant jew Nevborg li huma l-organizzaturi u jidhru f'din it-tabella mingħajr punti għax mhux eliġibbli biex jikkompetu.
- Inżamm ukoll rendikont tal-parteċipazzjoni fuq l-outreach dashboard hawn.
Rebbieħa
[immodifika s-sors]- L-ewwel post - €100: Utent:Trigcly
- It-tieni post - €60: Utent:Scutajar
- It-tielet post - €50: Utent:EnriqueTabone
- Premju ta' solidarjetà - €40: Utent:Diegorman10
Il-premjijiet jistgħu jiġu rduppjati fl-ammont jekk jitħaddmu ma' pubblikaturi tal-kotba Maltin (Kite Group, Midsea Books, u Merlin Publishers) skont l-għażla tar-rebbieħa.