Aqbeż għall-kontentut

Wikipedija:Mistoqsijiet rikorrenti

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn ToniSant (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 16:07, 19 Frar 2023. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
(diff) ←Reviżjoni eqdem | Ara l-verżjoni attwali (diff) | Reviżjoni iġded→ (diff)
Abbrevjazzjoni
WP:FAQ

Din il-paġna għandha ġabra ta' mistoqsijiet rikorrenti bit-tweġibiet rispettivi tagħhom rigward il-Wikipedija. Jekk għadek kif tiskopri il-Wikipedija, agħti daqqa t'għajn lejn il-paġna tal-merħba għall-utenti l-ġodda. Tista' ssib l-informazzjoni bażika kollha fuq dan is-sit, u għajnuna fuq is-sintassi biex tiffamiljarizza ruħek mal-kodiċi li jintuża' f'din il-wiki. Jekk tara li fil-lista ma tinsab l-ebda mistoqsija li tixbah lil tiegħek, żur il-Pjazza u saqsi hemmhekk.

Dwar il-Wikipedija

[immodifika s-sors]
X'inhi wiki?
Il-kelma "wiki" ġejja mill-Ħawajjan u li tfisser "jgħaġġel" (ref. wiki wiki). Wiki huwa sit elettroniku li jista' jiġi modifikat mill-viżitaturi. Hemm diversi wikis fuq l-internet, u l-Wikipedija hija fost l-aktar famuża. Ara l-artiklu Wiki għal aktar informazzjoni.
Meta bdiet il-Wikipedija?
Il-Wikipedija ilha mill-15 ta' Jannar, 2001, u ġiet fundata mill-imprenditur Jimmy Wales. Il-Wikipedija bil-Malti bdiet fl-10 ta' Settembru, 2010.
Mt.wiki huwa portal jew dizzjunarju?
L-ebda. Mt.wiki hija enċiklopedija onlajn. Però, jeżisti proġett "dizzjunarju" magħruf bħala l-Wikizzjuanarju.
Min imexxi 'l-Wikipedija?
M'hemmx persuna waħda li tmexxi l-wiki. Fil-fatt, peress li kulħadd għandu l-poter biex jimmodifika u joħloq paġni u artikli ġodda, dawk il-persuni li jaħdmu huma fir-realtà, il-persuni li jmexxu. Il-Fondazzjoni Wikimedia tospita s-servers li fuqhom jinsabu l-edizzjonijiet differenti tal-Wikipedija, u l-proġetti l-oħra.
Għala m'hemmx reklami fuq il-Wikipedija?
Ir-reklamar inaqqas mill-oġġettività u n-newtralità ta' artiklu, jimplika fini kummerċjali fuq it-test u l-istampi, u minħabba li mhuwiex meqjus neċessarju. Il-flus li hemm bżonn għas-sosten ta' dan il-proġett jiġu mid-donazzjonijiet.
Kemm hi affidabbli l-Wikipedija?
Veru li kwalunkwe persuna tista' timmodifika l-paġni tal-Wikipedija, però hemm regoli u regolament x'issegwi. Li tikkwota s-sorsi tiegħek jgħin fil-kredibilità tat-test tiegħek. Madanakollu, m'hemm l-ebda garanzija dwar l-affidabilità tal-artikli.

Biex tibda

[immodifika s-sors]
Fin-naħa ta' fuq tal-paġna hemm buttuna editja. Dan ifisser li nista' nimmodifika t-test tal-paġna?
Iva. Fl-aħħar mill-aħħar din hi l-idea prinċipali wara l-Wikipedija. Minħabba li kulħadd jista' jimmodifika l-paġni, kulħadd jista' jħalli l-għarfien tiegħu. Jekk tkun kontribuzzjoni mhux mixtieqa jew siewja, ħafna drabi din tiġi mħassra jew irranġata immedjatament mill-kontributuri regulari tal-wiki.
Kif nimmodifika paġna?
Ara Għajnuna:Kif timmodifika artiklu.
X'għandi nagħmel biex nibda artiklu ġdid?
Ara Għajnuna:Kif tibda artiklu.
Għandi bżonn nirreġistra? Jekk iva, kif?
Le, ir-reġistrazzjoni mhijiex obbligatorja hekk kif xorta waħda tkun tista' timmodifika. Madanakollu, li tirreġistra jgħinek tiġi attribwit għall-modifiki tiegħek, fost vantaġġi oħra. Ara Għajnuna:Kif tirreġistra.
Huwa neċessarju li tkun taf l-HTML biex tikteb artiklu?
Le m'hemmx għalfejn. Biex tikkontribwixxi huwa biżżejjed li tikteb it-test tiegħek u tħalli linja vojta biex toħloq il-paragrafi. Biex tirreferi għal artikli oħra preżenti fis-sit, kullma trid tagħmel huwa li tuża żewġ parentesi kwadrati. Per eżempu: [[artiklu]]. Il-Wikipedija għandha lingwa li tissostitwixxi kważi għal kollox l-użu tal-HTML. Ara Għajnuna:Sintassi.
Għaliex meta nimmodifika artiklu u noħloq ħolqa, xi drabi din tidher blu u drabi oħra ħamra?
Jekk il-ħolqa tidher ta' kulur blu dan ifisser li hemm artiklu diġà miktub, u għalhekk li jeżisti diġà. Ħoloq ta' kulur ħomor jirreferu għal artikli li għadhom ma nkitbux.
Nista' nibdel il-kulur tal-karattri jew l-isfond tal-paġni?
Iva, jekk int utent reġistrat. Tista' tagħmel dan billi tmur fil-Preferenzi u tmur fis-sezzjoni "Dehra". Hemmhekk tista' tagħżel l-aspett grafiku tal-paġna, filwaqt li tista' tadotta l-istil partikulari li tixtieq.
Ħloqt artiklu imma ħadt żball fit-titlu. Kif nista' nbiddlu?
Tista' tagħmel dan permezz tal-funzjoni "Mexxi". Ara Għajnuna:Tmexxija.
Sibt artiklu li fl-opinjoni tiegħi m'għandux ikun fuq il-Wikipedija. X'għandi nagħmel biex inħassru?
Paġni jistgħu jiġu mħassra biss minll-amministraturi. Li tista' tagħmel huwa li turihom li l-paġna hija għat-tħassir billi ddaħħal il-mudell {{Ħassar}} jew {{Ħassar minnufih}}, skont il-każ, fuq in-naħa ta' fuq tal-paġna u tħalli kollox f'idejn l-amministraturi.
Nista' ndaħħal ħoloq esterni f'artiklu tal-Wikipedija?
Iva, bil-patt u l-kundizzjoni li dawn il-ħoloq ikunu fuq l-istess tema tal-artiklu u ma jkunux jindirizzaw lejn ħoloq pubbliċitarji. Preferibilment, il-ħolqa għandha tkun għas-sit kollu u mhux għal kontenut speċifiku (fi kliem ieħor, evita dak li hu magħruf bħala deep linking). Ġeneralment, il-ħoloq esterni għandhom jiġu mniżżla f'sezzjoni lejn it-tmiem tal-artiklu.
Tista' tpoġġi stampi f'artiklu?
Iva. Jekk tixtieq ittella' stampa, qabel iċċekkja jekk teżistix l-istampa fuq mt.wiki jew fuq Wikimedia Commons. Jekk le, tista' ttella' l-istampa fuq Wikimedia Commons bil-patt u l-kundizzjoni li tirrispetta d-drittijiet tal-awtur jekk huma applikabbli.
Biex iddaħħal stampa, ikteb [[Stampa:Eżempju.png]] li awtomatikament tpoġġi spaġġa fuq ix-xellug tal-paġna. Għal aktar sintassi dwar il-parametri, ara Għajnuna:Sintassi.
Kif tista' tagħmel ħolqa testwali għal stampa?
Jekk tixtieq torbot ħolqa lejn stampa u mhux turiha fil-paġna, żid iż-żewġ punti ":" fil-bidu tal-ħolqa, bħal dan il-każ: [[:Stampa:Eżempju.png|agħfas hawn]].
Għaliex ma nistax nara stampi fl-artikli tal-Wikipedija?
Jekk tara biss il-logo tal-Wikipedija u l-browżer tiegħek ma jġiblekx l-istampi l-oħra, iċċekkja mill-opzjonijiet tal-browżer jekk jiġux aċċettati stampi li jiġu minn server differenti minn dak tal-paġna attwali.
Tellajt aċċidentalment stampa ħażina. X'għandi nagħmel biex inħassarha?
Minħabba li l-amministraturi biss għandhom il-poter biex iħassru l-affarijiet, mur fil-paġna ta' deskrizzjoni tal-istampa u daħħal jew {{Ħassar}} jew {{Ħassar minnufih}} skont il-każ, jew inkella tista' terġa itella' l-istampa korretta u żżom l-istess isem ta' dik li ġiet imtella' qabel. B'hekk l-ewwel waħda tiġi mibdula awtomatikament.
Nista' nippubblika fuq il-Wikipedija dawk l-istampi li nsib fuq siti oħra tal-internet?
Ġeneralment, le. Dejjem jekk fuq din il-paġna ma ssibx awtorizzazzjoni ċarissima li tagħtik permess tikkopja l-materjal. Jekk ma ssib l-ebda indikazzjoni, trid tikkunsidra l-istampa bħala koperta bil-copyright u allura mhux adattata biex tiġi ppubblikata fuq il-Wikipedija. Xejn ma jżommok milli tikkuntattja s-sid tas-sit stess u titlob awtorizzazzjoni biex tuża l-istampi. Jekk jirnexxielek, jekk jogħġbok ikkopja din l-awtorizzazzjoni fil-paġna ta' deskrizzjoni tal-istampa stess.
Qxur ta' diski, fotogrammi, ritratti ta' persunaġġi famużi, eċċ. huma fid-dominju pubbliku?
Ara r-risposta preċedenti.
Nista' nippubblika fuq il-Wikipedija stampi li nsib fuq Wikipediji b'lingwi oħrajn?
Ġeneralment, iva. Iċċekkja fuq kollox li l-istampa fiha liċenza t'użu li biha ġiet ippubblikata fuq il-Wikipedija l-oħra. Jekk ma jkunx hemm xi ħaġa li ma tippermettix l-ikkupjar tal-istampa, din tista' tiġi wżata wkoll fil-Wikipedija Maltija. L-istampi kollha li ssib fuq il-proġett Commons jistgħu jiġu wżati b'mod ħieles fl-artikli tal-Wikipedija.
[immodifika s-sors]
Huwa possibbli ma tiksirx id-drittijiet tal-awtur?
Dażgur. Fil-prattika, basta tevita li tikkopja frażijiet sħaħ, jew inkella paragrafi miktuba mill-oħrajn. Ara Wikipedija:Drittijiet tal-awtur.
Min jista' jwaqqafni milli nikser id-drittijiet tal-awtur?
Ħadd... u kulħadd. Kull min jinduna jista' jirrimedja billi jaqbad u jħassar it-test. Ara Wikipedija:Suspett ta' vjolazzjoni tad-drittijiet tal-awtur.
Jien nitlef id-drittijiet kollha fuq dak li nikteb?
Le, anqas xejn. L-awtur iżomm id-drittjiet kollha fuq it-test tiegħu. Jekk trid tista' minn naħa minnhom tpoġġi l-artiklu tiegħek fuq mt.wiki u min-naħa l-oħra tippubblikah fuq rivista u żżomm id-drittijiet kollha.
Għal iktar dettalji, ara GNU Free Documentation License (il-liċenzja li biha jiġu ġestiti id-drittijiet tal-awturi tal-artikli ippostjati fuq mt.wiki).
Min ħoloq paġna, jista' ukoll iħassar il-kontenut tagħha?
Kull utent jista' jimmodifika t-test, u allura jista' wkoll iħassru. Iżda t-test preċedenti xorta jibqa' fil-kronoloġija. Amministratur biss jista' jħassar il-kronoloġija ta' artiklu fuq il-Wikipedija (anke f'dan il-każ, xorta jkun hemm il-possibilità li tippermetti li l-artiklu jkun irkuprat).
Meta niktbu fuq il-Wikipedija, il-kontenut jista' jiġi "modifikat u ridistribwit minn kulħadd". Jekk il-kontenut tal-paġna li ktibt huwa interessanti u korrett, iżda xorta trid tħassru, tista' teliminah mill-verżjoni kurrenti tal-artiklu. Iżda kwalunkwe persuna fuq il-Wikipedija jista' jirkuprah u dan għaliex meta tikteb fil-Wikipedija inti tkun awtomatikament qed tagħti permess lil kulħadd li jirridistribwixxi l-kontenut skont il-GNU FDL. B'din il-liċenzja, ma tistax terġa' tmur lura: la darba tkun irrilaxxajtu, il-kontenut jiġi kopert bil-liċenzja għal dejjem. Allura, tista' tħassar il-paġna iżda ma tistax tevita milli xi ħadd jerġa' jirkupraha.
Min-naħa l-oħra, jekk il-paġna li ħloqt għandha l-karatteristiċi ta' paġna għat-tħassir, din se tiġi mħassra waqt l-operazzjonijiet ta' manutenzjoni li jseħħu fil-Wikipedija.
Min jista' jwaqqafni milli nikteb affarjiet stupidi, ħżiena jew barra t-tema?
Ħadd. Imma tistgħaġibx jekk issib minn jikkoreġilek xogħlok jew li tiġi mblukkat għal perjodu ta' żmien kawża tal-azzjonijiet tiegħek.
Qiegħed nipprova nirranġa artiklu, però ma nistax insib kompromess ma' utent ieħor. X'irrid nagħmel?
Tkellem mal-utent l-ieħor sabiex issib triq fin-nofs għall-modifiki li jridu jsiru. Esponi l-problema wkoll fuq il-paġna ta' diskussjoni tal-artiklu, sabiex utenti oħrajn ikunu jistgħu jagħtu l-opinjoni u s-suġġerimenti tagħhom. Dejjem fittex il-kunsens.