Wikipedija:L-aħħar aħbarijiet
- L-użu ta' din il-paġna hu għal
- Avvenimenti importanti, tragwardi u statistika li hi marbuta mal-Wikipedija Maltija.
- Kull aħbar li tikkonċerna lill-Fondazzjoni Wikimedia u li taffettwa lill-Wikipedija Maltija.
2024
[immodifika s-sors]- Sajf
It-tielet edizzjoni tal-konkors Wiki Loves Earth fuq il-Wikipedija bil-Malti kienet disponibbli bejn il-1 ta' Mejju u l-31 ta' Lulju 2024. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra madwar id-dinja għal konkors fotografiku dwar wirt naturali protett. F'Malta dan isir bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta u bl-appoġġ ta' Friends of the Earth (Malta). Hemm diversi premijiet sbieħ x'jintrebbħu u r-rebbieħa jitħabbru fil-ħarifa.
- 25 ta' Marzu
Ritratt tal-breakwater tar-Ricasoli waqt tempesta miġbud minn Angela Bonavia ġie kklassifikat fil-11-iil post minn 218,726 ritratt ta' 4,702 parteċipant minn 46 pajjiż. Dan huwa l-aħjar riżultat għal ritratt minn Malta f'dan il-konkors s'issa. Ara r-rapport fit-Times.
- Xitwa
Wiki Loves Folklore 2024 in Malta kienet it-tielet edizzjoni ta' dan il-konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta. Din is-sena kienu sottomessi 407 ritratti f'din il-kategorija minn 22 utent. Ir-rebbieħa lokali tħabbru fil-bidu ta' Mejju u għaddew biex jipparteċipaw fil-konkors internazzonali.
2023
[immodifika s-sors]- Ħarifa
Tħabbru l-aqwa l-aqwa 20 ritratt minn madwar id-dinja ta’ Wiki Loves Earth 2023. Din kompetizzjoni fotografika annwali internazzjonali toffri opportunitià biex niddokumentaw il-wirt naturali tad-dinja. Din is-sena, il-konkors sar ben Mejju u Awwissu. B’kollox kien hemm 61,700 sottomissjoni minn aktar minn 3,300 parteċipant. Kull pajjiż jgħażel sa 15-il rebbieħ lokali f’żewġ kategoriji: pajsaġġi u dettalji ta’ flora u fawna. Kien hemm numru rekord ta’ pajjiżi parteċipanti: 50. Malta ħadet sehem għat-tieni sena konsekuttiva.
L-edizzjoni ta' dan is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (18-22 Ottubru 2023 - MFCC, Ta' Qali) inkludiet preżenza minn Wikimedia Community Malta. Din l-għaqda voluntarja taħdem biex tkattar l-għarfien dwar il-Wikipedija u proġetti oħra assoċjati magħha. Il-programm t'attivitajiet ta' WCM kien jinkludi ċ-ċeremonja tal-għoti tal-premjijiet għall-konkorsi Wiki Loves Folklore u Wiki Loves Earth ta' din is-sena. Ir-rebbieħa lokali ta' Wiki Loves Monuments 2023 tħabbru waqt din l-attività.
Wiki Loves Monuments huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' bini storiku u monumenti oħra f'Malta u f'aktar minn 30 pajjiż ieħor madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għal min jixtieq jieħu sehem matul ix-xahar ta' Settembru, kif ukoll ċerimonja għar-rebbieħa aktar tard. Ir-rebbieħa tal-konkors tal-2023 se jitħabbru fil-21 ta' Ottubru waqt ċeremonja fil-Festival tal-Ktieb. Dawn jgħaddu biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni internazzjonali.
- Sajf
- Rebbiegħa
Ir-raba' edizzjoni tal-konkors Rebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti saret bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2023. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta.
- Xitwa
Wiki Loves Folklore 2023 f'Malta kienet it-tieni edizzjoni ta' dan il-konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta. Tagħrif dwar il-konkors deher ukoll fuq The Times.[1] Din is-sena kien sottomessi 159 ritratt f'din il-kategorija minn 17-il utent. Ara aktar hawn: Wiki Loves Folklore in Malta 2023
2022
[immodifika s-sors]- Ħarifa
Wiki Loves Monuments huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' bini storiku u monumenti oħra f'Malta u f'aktar minn 30 pajjiż ieħor madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għal min jixtieq jieħu sehem matul ix-xahar ta' Settembru, kif ukoll ċerimonja għar-rebbieħa f'Novembru. Ir-rebbieħa tal-konkors tal-2022 tħabbru fil-25 ta' Novembru waqt ċeremonja fil-Festival tal-Ktieb. Dawn għaddew biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni internazzjonali.
- 23 - 27 ta' Novembru 2022
Il-Wikimedia Community Malta ppreżentat il-Wikipedija Maltija waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għall-ewwel darba. Ara d-dettalji.
- 14 ta' Novembru 2022
Il-Wikipedija Maltija tilħaq il-5000 artiklu permezz ta' Dar u Studjo ta' Luis Barragán.
- Sajf
L-ewwel edizzjoni tal-konkors Wiki Loves Earth f'Malta saret matul ix-xhur ta' Ġunju u Lulju. Kull sena diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu ma' komunitajiet oħra tal-Wikimedia madwar id-dinja għal konkors fotografiku dwar wirt naturali protett. F'Malta dan isir bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta. Ir-rebbieħa minn Malta ta' dan il-konkors globali ssibhom f'din il-ħolqa.
- Rebbiegħa
It-tielet edizzjoni tal-konkors Rebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti sar bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2022. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta. Ir-rebbieħa ta' dan il-konkors jitħabbru f'Ġunju.
- Frar-Marzu
Wiki Loves Folklore huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. Din kienet l-ewwel sena li Malta kienet inkluża f'din l-attività globali. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li organizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni online għal min jixtieq jieħu sehem kull nhar ta' Ħamis fis-6pm matul ix-xhur ta' Frar u Marzu. Ara aktar hawn: Wiki Loves Folklore in Malta 2022
- Jannar
Ritratt ta' Bieb il-Bombi minn George Abdilla, magħruf ukoll bħala Gizwardu, ġie kklassifikat fl-14-il post fil-konkors internazzjonali ta' Wiki Loves Monuments 2021. Din kienet l-ewwel darba li ritratt minn Malta daħal fl-aqwa 15 ta' Wiki Loves Monuments fuq livell internazzjonali.
2021
[immodifika s-sors]- Ħarifa
- Wiki Loves Monuments huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' bini storiku u monumenti oħra f'Malta u f'aktar minn 30 pajjiż ieħor madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għal min jixtieq jieħu sehem matul ix-xahar ta' Settembru, kif ukoll ċerimonja għar-rebbieħa f'Novembru. Ir-rebbieħa tal-konkors tal-2021 tħabbru fis-6 ta' Novembru u eventwalment ipparteċipaw fil-kompetizzjoni internazzjonali.
- Sajf
- WPWP hija kampanja annwali fejn edituri tal-Wikipedia madwar id-dinja iżidu ritratti ma' artikli nieqsa mir-ritratti. F'Malta din l-inzjattiva tħaddmet għall-ewwel darba din is-sena bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta li organizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni matul Lulju u Awwissu.
- Rebbiegħa
- It-tieni edizzjoni tal-konkors Rebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti saret bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2021. Diversi utenti ingħaqdu ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta. Ir-rebbieħa ta' dan il-konkors tħabbru fl-24 ta' Ġunju.
- 3 ta' Ġunju 2021
- F'dan il-jum tfaċċa l-4,000 artiklu fuq il-Wikipedija bil-Malti. Dan l-artiklu huwa dwar it-Times of Malta u nħoloq minn Utent:EnriqueTabone waqt sessjoni ta' kull nhar ta' Ħamis organizzata mill-Wikimedia Community Malta.
- Marzu
- Il-Wikipedija bil-Malti tingħaqad ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex tiċċelebra n-nisa fl-arti, f'edit-a-tona bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta.
- 15 ta' Jannar
- Wikipedia tiċċelebra l-20 anniversarju mit-twaqqf tagħha. Malta tissieħeb bil-kampanja msejħa Wikipedia 20
2013
[immodifika s-sors]- 1 ta' Settembru
- L-artiklu Mikelanġlu jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
2012
[immodifika s-sors]- 27 ta' Novembru
- L-utent Leli Forte jingħata d-drittijiet ta' amministratur
2011
[immodifika s-sors]- 1 ta' Mejju
- L-artiklu Mata Hari jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
2010
[immodifika s-sors]- 14 ta' Awwissu
- Titnieda l-paġna uffiċjali tal-Wikipedija Maltija fuq Facebook
- 13 ta' Mejju
- Titlesa l-fażi finali ta' traduzzjoni tal-verżjoni Beta tal-Wikipedija
2009
[immodifika s-sors]- 6 ta' Diċembru
- Il-Wikipedija Maltija tilħaq l-2500 artiklu
- 1 ta' Diċembru
- L-artiklu Miguel de Cervantes jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
- 17 ta' Settembru
- Titlesta t-traduzzjoni tal-kaxxa tal-għodda tal-verżjoni Beta tal-Wikipedija, fuq betawiki
- 1 ta' Settembru
- L-artiklu Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
- 1 ta' Awwissu
- L-artiklu Festival tal-Eurovision jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
- 1 ta' Lulju
- L-artiklu Isaac Newton jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
- 1 ta' Ġunju
- L-artiklu Ludwig van Beethoven jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
- 3 ta' Mejju
- Il-paġna tal-Istampa tal-Ġurnata tal-Wikimedia Commons tiġi tradotta bil-Malti
- 3 ta' April
- Jiġi elett l-ewwel artiklu fil-vetrina, b'dan ikun l-artiklu Charles Darwin
- 19 ta' Marzu
- Il-paġna prinċipali ta' Wikimedia Commons tiġi tradotta bil-Malti
- 18 ta' Frar
- Il-Wikipedija Maltija tissieħeb fil-proġett tal-Vetrina
2008
[immodifika s-sors]- 4 ta' Novembru
- L-utent Chrisportelli jingħata d-drittijiet ta' amministratur
- 25 ta' Awwissu
- L-elf utent joħloq kont fuq il-Wikipedija Maltija. Dan ikun Horv.petya li ħoloq l-kont tiegħu fit-20:05 tal-25 ta' Awwissu, 2008
- 19 ta' Lulju
- Il-paġna prinċipali tal-Fondazzjoni Wikimedia tiġi tradotta bil-Malti
- 9 ta' Lulju
- Jingħata bidu l-Portal tal-Kimika
- 4 ta' Mejju
- Il-Wikipedija Maltija tilħaq l-2000 artiklu
- 5 ta' Jannar
- Jingħata bidu l-Portal tal-Isport
2007
[immodifika s-sors]- 18 ta' Novembru
- Jingħata bidu l-Portal tal-Matematika
2006
[immodifika s-sors]- 28 ta' Ottubru
- L-utent Joelemaltais jingħata d-drittijiet ta' amministratur
- 6 ta' April
- Il-Wikipedija Maltija tilħaq l-400 artiklu
2005
[immodifika s-sors]- 21 ta' Ottubru
- Il-Wikipedija Maltija tilħaq it-300 artiklu
- 10 ta' Settembru
- Il-Wikipedija Maltija tagħlaq l-ewwel sena tagħha. Il-festa t-tajba lill-Wikipedjani kollha!
- 8 ta' Settembru
- Il-Wikipedija Maltija tissieħeb fil-proġett ta' koordinazzjoni multilingwi Babel
- 5 ta' Settembru
- Il-Wikipedija Maltija tissieħeb fil-proġett ta' multilingwi Traduzzjoni tal-ġimgħa
- 31 ta' Awwissu
- Il-Wikipedija Maltija tilħaq il-200 artiklu
- 4 ta' Ġunju
- Il-Wikipedija Maltija tilħaq il-100 artiklu
- 13 ta' April
- Saret l-ewwel laqgħa uffiċjali tal-Wikipedija li saret fi Pjazza Reġina, Valletta. Ta' min jgħid li l-Wikipedija Maltija għandha l-unur li għamlet l-iktar laqgħa organizzata kmieni wara l-fundazzjoni tal-Wiki
- 13 ta' April
- L-utent Roderick Mallia jingħata d-drittijiet ta' amministratur
- 28 ta' Marzu
- L-utent Srl jingħata d-drittijiet ta' amministratur
2004
[immodifika s-sors]- 10 ta' Settembru
- Srl (li dak iż-żmien kien għad ma kellux kont) ipprova jidħol fuq http://mt.wikipedia.org u ra dal-messaġġ: This subdomain is reserved for the creation of a Wikipedia in the bil-Malti language. If you speak this language and think it would be cool to have your own Encyclopedia then you can make it. Go ahead. Translate this page and start working on your Encyclopedia. (Arkivju tal-paġna)