Aqbeż għall-kontentut

Mġarr

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mġarr
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaTramuntana
Kodiċi postali MGR
Ġeografija
Koordinati 35°55′11″N 14°21′59″E / 35.9197°N 14.3664°E / 35.9197; 14.3664Koordinati: 35°55′11″N 14°21′59″E / 35.9197°N 14.3664°E / 35.9197; 14.3664
Mġarr is located in Malta
Mġarr
Mġarr
Mġarr (Malta)
Superfiċjenti 161 kilometru kwadru
Għoli 89 m
Demografija
Popolazzjoni 3,629 abitanti (31 Marzu 2014)

L-Imġarr, magħruf qabel bħala Mgiarro, huwa raħal żgħir fil-Majjistral tal-pajjiż ta' Malta. L-Imġarr huwa raħal rurali tipiku li jinsab f'reġjun iżolat, fil-Punent tal-Mosta. Huwa mdawwar bl-art agrikola sinjura u dwieli. Ħafna mill-3,014[1] abitanti huma bdiewa jew huma involuti f'xi tip ta' attività agrikola.

Storja u żvilupp

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Imġarr għandu żewġ siti preistoriċi importanti: Ta' Ħaġrat, li għadu fi stat tajjeb ta' konservazzjoni, li jinsab fiż-żona ħdejn iċ-ċentru tar-raħal; Ta' Skorba, skavat fl-1963, li jinsab barra l-villaġġ.

L-istorja tal-Imġarr hija dik ta' komunità tal-biedja minn diversi familji mill-Imdina. Mgiarro ngħatat mir-Re ta' Sqallija lill-familja Inguanez, u maż-żmien kienet mibjugħa lill-familja Falsone. Maż-żmien, l-art kienet maqsuma u mogħtija lid-dixxendenti.

Illum l-Imġarr kiber sew, għalkemm għadu meqjus baħal raħal, pajjiż b'arja nadifa friska bogħod mill-ibliet industrijali ewlenin ta 'Malta.

Inħawi tal-Imġarr qegħdin iħaddnu żoni diversi bħall-Binġemma, Wardija, Fomm ir-Riħ, Għajn Tuffieha u l-Bajja tal-Ġnejna. L-Imġarr huwa post ta' waqfien popolari għall-persuni fil-kampanja tagħha u għal dawk li jivvjaġġaw bil-karozzi għall-bajjiet fil-qrib. L-Iskola San Anton hija skola privata li tinsab fi ħdan wieħed mill-widien xeniċi tal-Imġarr.

Knisja Parrokkjali tal-Assunta

Kien biss fil-bidu tas-seklu 20 li l-Imġarr bnew il-parroċċa tagħhom u l-knisja lesta għal kollox. Il-knisja għandha waħda mill-akbar koppli fid-dinja, wara tal-knisja tal-Mosta. Il-forma unika, dik tal-koppla ovali, hija attribwita mill-fondi estensivi miġbura mill-bejgħ tal-prodott tal-bajd lokalment: aktar minn 300,000 kienu mibjugħa fl-għajnuna tal-proġett.

Il-knisja parrokkjali ta' Santa Marija (l-Assunta) hija kopja minjatura tar-Rotunda Mosta. Il-bini tagħha beda fl-1912 u l-kien jiddependi fuq ix-xogħol volontarju u fuq il-kontribuzzjonijiet ġenerużi miksuba mill-parruċċani mill-bejgħ ta' prodotti tal-biedja. Minkejja l-isforzi kollha biex iħaffu x-xogħol, il-bini ma tlestiex qabel l-1946.

Il-knisja tinsab fuq art għolja u z-zuntier elevat tagħha għandu veduta tal-għelieqi u l-għoljiet tal-madwar. Fl-Imġarr għad hemm ħafna djar fit-toroq dojoq madwar il-knisja. Bini modern u proprjetà tad-djar huma żidiet ġodda għar-raħal.

Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-membri attwali tal-kunsill lokali tal-Imġarr huma:

  • Vella Paul (Sindku - PN)
  • Vella Wistin (Vici-Sindku - PN)
  • Gauci Clayton (PL)
  • Borg Busuttil Tiziana (PL)
  • Muscat Odette (PN)

Kulleġġ San Nikola, Skola Primarja tal-Imġarr

L-Iskola Primarja tal-Imġarr infetħet fid-19 ta’ Settembru 1923. Qabel il-ftuħ tagħha, 1% biss tal-popolazzjoni kienet litterata bl-Ingliż u/jew bit-Taljan, u 4% biss kienu litterati bil-Malti. Dun Edgar Salomone ħadem ħafna u rnexxielu jinfluwenza lill-membri tal-Self Government li għadu kif ġie elett favur l-iskola primarja. Fl-1946, l-Imġarr kellu l-ogħla rata ta’ attendenza tal-iskola fuq livell nazzjonali.

Eventwalment, l-iskola espandiet u bniet klassijiet ġodda biex takkomoda t-tkabbir fil-popolazzjoni tal-istudenti. Issieħeb ukoll man-netwerk ta’ skejjel tal-Kulleġġ San Nikola[4].

Skola San Andrea

L-Iskola San Andrea hija skola privata li tinsab fl-Imġarr. L-iskola twaqqfet fl-1992 fin-Naxxar. Din twaqqfet mill-Fondazzjoni tal-Ġenituri tal-Edukazzjoni, li waqqfet ukoll l-Iskola San Anton[5].

Skola San Anton

L-Iskola San Anton hija skola privata li tinsab fl-Imġarr. L-iskola twaqqfet fl-1988 fir-raħal ta’ Ħ’Attard, qrib il-Palazz tal-President San Anton, u tat isimha l-iskola[6].

Żoni fl-Imġarr

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Abatija
  • Ballut
  • Binġemma
  • Binġemma Gap
  • Dar il-Ħamra
  • Darrenzi
  • Dwejra
  • Fawwara
  • Fomm ir-Riħ
  • Ġnejna Bay
  • Għajn Tuffieħa
  • Għemieri
  • Ħanxara
  • Ħotba ta' San Martin
  • Iċ-Ċagħaq
  • Iċ-Ċarċar
  • Id-Dahar
  • Il-Għalqa
  • L-Imselliet
  • L-Iskorvit
  • Lippija
  • Misraħ Miet
  • Ras il-Pellegrin
  • Ras il-Wied
  • Skorba
  • Ta' Mrejnu
  • Ta' Tewma
  • Ta' l-Għajn
  • Ta' Qarawas
  • Tal-Faċċol
  • Tal-Ħżejjen
  • Tal-Palma
  • Tal-Qanfud
  • Tar-Ragħad
  • Tas-Santi
  • Wied Santi
  • Wied tal-Ġnejna
  • Wied ta' l-Imselliet
  • Żebbiegħ

Popli notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Alicia Bugeja Said, (imwieled fl-1987), politiku.
  • Christabelle Borg, (imwieled fl-1992), kantant, irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2018.
  • Myles Beerman, (imwieled fl-1999), futboler professjonali li jilgħab bħala difensur għal Rangers F.C.
  • Gaia Cauchi, (imwieled fl-2002), kantant, rebaħ il-Junior Eurovision Song Contest 2013.
  1. ^ Sors: Ċensiment tal-Popolazzjoni u Djar 2005: Rapport Preliminari. Statistika Nazzjonali, Malta, 2006
  2. ^ "Mgarr Local Council | Churches & Chapels". mgarrlc.com. Miġbur 2024-12-17.
  3. ^ "Edukazzjoni" (bil-Malti). Miġbur 2024-12-17.
  4. ^ "St.Nicholas College Malta". St.Nicholas College Malta (bl-Ingliż). 2023-09-28. Miġbur 2024-12-17.
  5. ^ "Home". San Andrea School (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-17.
  6. ^ "Home | San Anton School". www.sananton.edu.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-17.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]